Write For Us

Il-Milied ta’ Santa Klaws: Learn Maltese with Subtitles - Story for Children "BookBox.com"

Sponsored Post Vitamin D2 Canada Persia
199 Views
Published
► Buy the book in English on Amazon(US): Paperback: Kindle: Amazon(India): Paperback: Kindle:
________________________________________________________________________________________________
Santa has fallen ill. He is worried the children will not get gifts but a surprise awaits him.
Il-Milied ta’ Santa Klaws
ta’ Lavina Tien
Kienet ġurnata sabiħa f’Diċembru,
b’sema ikħal ċar.
Is-siġar kienu miksija bis-silġ.
L-atmosfera tal-Milied
kienet tinħass sew.
Imma ’l bogħod,
fid-dar ta’ Santa Klaws,
kien hemm skiet perfett.
Ma kienx hemm it-taħbit tas-soltu
bit-tgeżwir tar-rigali tal-Milied
għax Santa Klaws
kien ma jiflaħx.
“Imsieken,
issa x’se jgħidu t-tfal?
Se jibqgħu bla rigali
din is-sena!”
Santa Klaws beda jaħseb
u jinkwieta fis-sodda.
F’daqqa waħda
sema’ ħoss
ġej minn barra.
Ittawwal mit-tieqa
u ra l-erba’ ċriev tiegħu
jistennew għall-kwiet
bħas-soltu.
Imma dehru bla nifs.
Kienu qishom
għadhom kemm waslu
minn vjaġġ twil.
Santa Klaws ħares
sew lejhom.
Ma setax jemmen
dak li kien qed jara.
Wara ċ-ċriev kien hemm
dudu twil ta’ slitti
bi tfal ċkejknin
libsin ħwejjeġ ikkuluriti.
Niżlu wieħed wieħed
u waħda waħda
fuq is-silġ,
u baqgħu sejrin dritt
lejn id-dar ta’ Santa Klaws.
Dak il-ħin
instemgħet taħbita fuq il-bieb.
“Għaddu.”
għajjat Santa Klaws.
Issa qabditu kurżità kbira.
Daħlet tifla żgħira
tgħannaq pupu magħha.
“Santa Klaws,
smajt li ma tiflaħx.
Ħa, ħu l-pupu tiegħi
biex iżommlok kumpanija.”
“X’ridtu dan, Emma?
Grazzi ħafna!”
qalilha Santa Klaws.
Hu kien jaf l-ismijiet
tat-tfal kollha.
Imbagħad daħal tifel żgħir.
F’idejh kellu rigal
miksi b’karta ħamra.
“Santa Klaws,
smajna li ma tiflaħx.
Għalhekk, ħdimnielek din il-kutra
ħalli żżommok sħun
fil-jiem kesħin tax-xitwa.”
“X’sorpriża din, Paul!
Kemm għandkom qalbkom tajba,”
qallu kuntent Santa Klaws
hu u jtaptaplu fuq rasu.
U t-tfal daħlu
wieħed wieħed
u waħda waħda,
ilkoll b’rigal speċjali
għal Santa Klaws.
Għalih kellhom gallettini,
kejkijiet, kalzetti, ingwanti,
kotba, jigsaw puzzles,
u anke
siġra żgħira tal-Milied!
“Xi ħlew, ir-rigali tal-Milied
ġabuhom lili din is-sena!”
stagħġeb Santa Klaws.
“Isa,
ejjew, ħa ngawduhom flimkien
dawn ir-rigali sbieħ li ġibtuli.”
U ġabar lit-tfal
madwaru f’ċirku kbir.
“Santa Klaws,
liema rigal għoġbok l-aktar?”
għajtet Emma.
“Għeżież tfal,”
qalilhom ferħan Santa Klaws.
“L-isbaħ rigali
għalija llum
kienu l-imħabba u l-qalb tajba
li kollha kemm intom urejtuni.
Dawn huma l-aqwa rigali.”
Santa Klaws ħares bil-ħlewwa
f’għajnejn kull tifel u tifla.
“Dan huwa l-Milied ta’ veru.”
Imbagħad għannaq waħda kbira
miegħu lit-tfal kollha.
Il-Milied it-tajjeb!
Author: Lavina Tien
Illustrations: Emanuele Scanziani
Animation: Alexey Kubarchuk
Music & Art Direction: Holger Jetter
Translation and Narration: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti
FREE Apps for iPads & iPhones:
FREE Apps for Android phones & tablets:
Many more stories, languages & multiple subtitle options:
#BookBox #BookBoxMaltese #Learn2Read
Category
Languages
Sign in or sign up to post comments.
Be the first to comment